Fabio Spiteri se jkun qed jirritorna lejn it-Tajwan, għal dik li se tkun ir-raba’ tiġriija tiegħu fid-DECA. Hu mhux biss ħerqan għal din it-tiġrija, iżda ukoll biex jiltaqa’ mal-annimali abbandunati li għamel ħbieb magħhom is-sena l-oħra.
“Fi ftit inqas minn erba’ ġimgħat, se nkun qed insiefer lura lejn it-Tajwan għar-raba’ tiġrija tiegħi tad-DECA,” hu kiteb fuq Facebook. “Verament ħerqan biex nerġa’ niltaqa’ mal-klieb abbandunati li magħhom sirt ħabib is-sena l-oħra – dawk li jgħixu fl-inħawi tat-tempju.”
Hu kompla jgħid, “L-ewwel ħaġa li se nagħmel hi li nixtri l-ikel u xi ħelu għalihom u mmur nitmagħhom. Il-kelba bil-pil iswed u abjad (Nina) kienet kultant tiġri miegħi waqt il-fażi tal-ġiri. Nispera li għadha ħajja!”
Facebook / Fabio Spiteri