Fiorella Pace Tirritorna Fuq Il-Mejda Tal-Aħbarijiet Ta' TVM

Fiorella Pace mhux wiċċ ġdid għall-aħbarijiet imma kienet ila kemxejn nieqsa minn wara l-bank famuż. Hi għamlet madwar ħames snin wieqfa u ċertament li tirritorna biex taqra l-aħbarijiet ma kinitx faċli. L-udjenza tal-aħbarijiet ta’ TVM hi l-akbar waħda fix-xena lokali.

Ritratt: Facebook / Fiorella Pace

Fiorella għamlet madwar sentejn taqra l-aħbarijiet, u għamlet ir-ritorn tagħha aktar kmieni dan ix-xahar. Kollox jindika li Fiorella, ħa tkun waħda mill-ewlenin biex twasslilna l-aħbar ta’ kull filgħaxija fuq l-istazzjon nazzjonali TVM.

Ritratt: Facebook / Fiorella Pace

Minn hawn nifirħu lil Fiorella Pace għar-ritorn tagħna. Nieħdu gost li naraw nisa ta’ suċċess jirritornaw lura għal dak li kienu jagħmlu b’tant dedikazzjoni.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI