Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Christa Cilia tkellmet dwar Masha li fl-aħħar tinsab magħha lura d-dar!
Qalet, “Dawn l-aħħar ħamest ijiem kienu fost l-agħar u l-aktar jiem diffiċli li qatt għaddejt minnhom. Ninsab għajjiena immens, kemm fiżikament kif ukoll mentalment, iżda s-serħan il-moħħ li fl-aħħar għandi lil Masha lura jagħmel dan kollu worth it. Grazzi mill-qalb lil kull min għen, fittex, ixxerja l-posts u żamm għajnejh miftuħa għaliha. Napprezza tassew lil kull wieħed u waħda minnkom.”
Żiedet, “Illejla fl-aħħar nista’ nistrieħ, għax naf li Masha tinsab qawwija u sħiħa u reġgħet miegħi. Għada nkomplu minn fejn ħallejna. Masha suppost kellha ssirilha t-tieni operazzjoni f’sieqha nhar l-Erbgħa li għadda, iżda kellna nħassruha minħabba li kienet mitlufa. Issa li reġgħet lura, fl-aħħar nistgħu niffukaw fuq l-irkupru tagħha!”
Christa Cilia