Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Civil Protection Malta tkellmu dwar operazzjoni konġunta li saret illum.
Huma qalu, “Saret operazzjoni konġunta ta’ tfittxija u salvataġġ għal żewġ persuni ta’ nazzjonalità barranija li ġew irrappurtati nieqsa fl-inħawi ta’ Wied Diegu, ż-Żurrieq. Ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mill-Istazzjonijiet tat-Tifi tan-Nar 1, 5 u 8, wettqu tfittxijiet fuq l-art u fil-baħar, filwaqt li l-Forzi Armati ta’ Malta għenu fl-operazzjoni permezz ta’ tfittxija mill-ajru.”
Żiedu, “Iż-żewġ persuni nstabu u ttellgħu abbord dgħajjes tas-salvataġġ. Ir-raġel instab mingħajr ebda reazzjoni, filwaqt li l-mara ġarrbet ġrieħi ħfief. Huma ttieħdu fl-Istazzjon tat-Tifi tan-Nar 10 f’Delimara, fejn ġew mgħoddija f’idejn tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei. Sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet mit-tobba tal-Emerġenza mal-wasla tiegħu. Uffiċjali tal-Pulizija mill-Ħames Distrett qed jinvestigaw iċ-ċirkostanzi ta’ din it-traġedja.”