Tiġi Installata Librerija Pubblika Fi Ġnien Tal-Ponta Ġewwa L-Għargħur

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Ħal Għargħur Local Council ħabbru inizjattiva ġdida li tirrigwardja librerija publika fi ġnien tal-Ponta.

Qalu, “Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għargħur bi pjaċir iħabbar li ġiet installata librerija pubblika fi Ġnien tal-Ponta, sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jgawdu l-qari waqt li jqattgħu ftit ħin fil-ġnien. Din l-inizjattiva saret possibbli grazzi għall-iskema maħruġa mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, li tappoġġja inizjattivi li jtejbu l-ispazji pubbliċi u jippromwovu l-benesseri tal-komunità.”

Żiedu, “L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li tħeġġeġ il-qari, tippromwovi l-qsim tal-kotba u toħloq opportunitajiet ġodda biex il-komunità tagħna tgawdi l-ispazji pubbliċi b’mod edukattiv u pjaċevoli. Ħu ktieb, ħalli ktieb u aqsam l-imħabba għall-qari! Għax kultant, l-isbaħ avventuri jibdew minn paġna waħda.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI