“Is-Saħħa Mentali M’Għandiex Tkun Diskussjoni Ta’ Darba Fis-Sena” – Oliver Scicluna

Riċentament fakkarna l-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, jum importanti fejn fih rajna diversi kitbiet u personalitajiet jitkellmu dwar is-saħħa mentali. Iżda x’jiswa li das-suġġett ikun imfakkar darba fis-sena, iżda mbagħad ma nitkellmux dwaru daqs suġġetti oħra? Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Oliver Scicluna tkellem dwar dan.

Hu qal, “Nitkellmu ħafna dwar is-Saħħa Mentali, u dan huwa importanti ħafna. Prosit lil kull min qed jgħin biex titqajjem aktar kuxjenza dwar dan is-suġġett. Iżda s-saħħa mentali m’għandiex tkun diskussjoni ta’ darba fis-sena. Għandha tkun parti minn ħajjitna kuljum, kull siegħa, kull minuta.”

Żied, “Nippruvaw nifhmu aktar lil xulxin. Mhux dejjem faċli, anzi, kultant diffiċli ħafna. Imma forsi ma rridux dejjem ikollna t-tweġibiet kollha jew insibu s-soluzzjoni għal kollox. Xi drabi, biżżejjed li nisimgħu mingħajr ma niġġudikaw, li nuru ftit aktar empatija u li nkunu hemm għal xulxin. Għax qatt ma nafu x’jista’ jkun għaddej minn moħħ u minn qalb il-persuna ta’ quddiemna. Nibdew billi nkunu aktar umani ma’ xulxin.”

Ritratt:

Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI