“Ma Jimpurtanix Jekk Immur Il-Ħabs” – Tifel Ta’ Sitt Snin Jispara Fuq L-Għalliema Tiegħu Fi Skola

Każ li kien ħasad lill-Istati Uniti fl-2023 reġa’ ġibed l-attenzjoni tal-pubbliku wara li ġew ippubblikati filmati ġodda li juru l-mumenti wara li tifel ta’ sitt snin spara fuq l-għalliema tiegħu ġewwa skola fl-istat ta’ Virginia.

Il-każ seħħ fis-6 ta’ Jannar tal-2023, fl-iskola primarja Richneck Elementary School fil-belt ta’ Newport News. It-tifel, li dak iż-żmien kellu biss sitt snin kien ħa pistola ta’ ommu mid-dar u daħħalha miegħu l-iskola. Waqt il-lezzjoni, it-tifel spara tir lejn l-għalliema tiegħu li dak iż-żmien kellha 25 sena. Minkejja l-ġrieħi li ġarrbet, l-għalliema rnexxielha toħroġ lit-tfal mill-klassi u ħadithom f’post sigur.

Fil-filmati li ġew ippubblikati ftit jiem ilu, t-tifel jinstema' juża kliem offensiv fil-konfront tal-pulizija u saħansitra jinstema’ jgħid li ma jimpurtahx jekk jispiċċa l-ħabs. Huwa ammetta wkoll li kien ħa l-arma mingħand ommu.

Omm it-tifel ġiet ikkundannata għal kważi erba’ snin ħabs fuq akkużi relatati ma' negliġenza tat-tfal u ksur tal-liġijiet dwar l-armi tan-nar.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI