Rapport fuq Times of Malta juri li ħamest ijiem wara l-kunċert tal-EuroPride nhar is-Sibt li għadda, il-Fosos tal-Furjana għadhom mimlijin żibel, skart, confetti u tabelli mormija.
James Aaron Ellul, kunsillier tal-Furjana, tkellem ma’ Times of Malta u qal, “L-organizzaturi għandhom dejjem inaddfu wara l-avvenimenti… imma għal xi raġuni, wara l-kunċert, ma ħallewx biss żibel imma ħallew ukoll wara l-vireg u l-armar. Qisu qabdu, telqu u abbandunaw il-post.”
Il-Fosos mhumiex fil-ġurisdizzjoni tal-kunsill minkejja li jinsab il-Furjana. Huwa għalhekk li l-kunsill irid joqgħod fuq l-organizzaturi tal-avvenimenti biex inaddfu.
Ir-residenti lmentaw ukoll li din il-problema tirrepeti ruħha wara kull attività jew xi kunċert.
Times of Malta/Matthew Mirabelli