“Għal Aktar Snin Ta’ Kuntentizza, Mħabba U Avventuri” – Emma Muscat Lill-Maħbub Tagħha

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Instagram il-kantanta Maltija qasmet mas-segwaċi tagħha sett ta’ ritratti ħelwin immens fejn iddedikat ukoll kitba ħelwa lill-maħbub tagħha. Hija bdiet billi qalet, “in-nofs l-ieħor tiegħi, l-aqwa ħabib tiegħi, u maħbub tal-ġenn. It-tbissim tagħna jgħidu kollox. Għal aktar snin ta’ kuntentizza, mħabba u avventuri.”

Bla ebda dubju ta’ xejn, l-artista Emma Muscat m’għandha bżonn tal-ebda ntroduzzjoni hekk kif kisbet fama kbira madwar l-Ewropa fis-snin li għaddew. Ħadet sehem fil-programm Amici fejn għadha maħbuba mmens fl-Italja. Fl-2022 ħadet sehem ukoll fil-Eurovision fejn irrapreżentat lil pajjiżna ġewwa Turin. Tgħid għad nerġgħu narawha xxejjer il-bandiera Maltija f’dan il-festival?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI