Bħalma dejjem nispiċċaw ngħidu… ċertu nies ma jitgħallmu qatt. Fuq Facebook aktar kmieni llum ġie żvelat ritratt ta’ skart goff mormi f’Għar Lapsi, fosthom skrivaniji mkissrin, gwardarobbi u sodod, kif ukoll bċejjeċ oħra.
Naturalment dan qanqal diskussjoni fil-kummenti. “Irridu niġu kullimkien kameras biex forsi nitgħallmu, tal-mistħija kif għad baqa’ din l-injoranza. Post bħal dak tmur tarmi hemm u qas tiddejjaq li jarak xi ħadd… multa għax il-Malti hekk jitgħallem!”
Kumment ieħor qal: “Ġawhra fil-Mediterran. Vera bla kliem.”
Illum il-ġurnata m’għadx fadal skużi biex wieħed jarmi dan l-ammont ta’ skart barra - jeżistu s-servizzi b’xejn, fejn tal-Kunsill Lokali jiġu jiġbru dan it-tip ta’ skart goff minn wara l-bieb. X’taħseb li għandu jsir biex jieqfu dawn l-atti li jisirquna mill-ftit kampanja li għad fadlilna?
Facebook/Malta Diżastru Totali