Gerard James Borg Jaqsam Il-Mument Speċjali Li Fih Żamm Il-Ktieb Il-Ġdid Tiegħu ‘The Perfect Husband’ F’Idejh Għall-Ewwel Darba

Mument tassew speċjali għall-awtur Malti Gerard James Borg, hekk kif għall-ewwel darba seta’ jżomm f’idejh kopja tal-ktieb il-ġdid tiegħu, The Perfect Husband. Gerard qasam dan il-mument mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali, fejn stqarr li kien qed iħoss taħlita ta’ emozzjonijiet hekk kif fl-aħħar ra l-ħidma tiegħu f’forma ta’ ktieb.

“Hemm xi ħaġa tassew speċjali meta żżomm il-ktieb tiegħek f’idejk għall-ewwel darba. Inħossni grat, eċitat… u forsi anke xi ftit emozzjonat,” kiteb Gerard. L-istennija issa kważi waslet fi tmiemha anke għall-qarrejja tiegħu, hekk kif The Perfect Husband jinsab ftit jiem biss ’il bogħod milli jasal għandhom.

“Il-ġurnata fl-aħħar waslet! U fi ftit jiem oħra, The Perfect Husband jista’ jkun tiegħek,” żied jgħid. Il-ktieb il-ġdid ta’ Gerard huwa thriller psikoloġiku li jsegwi l-istorja ta’ Mia, mara li wara inċident serju tqum għal ħajja li minn barra tidher perfetta, iżda li bil-mod il-mod tibda tqajmilha diversi dubji.

Żgur li dan huwa mument ta’ sodisfazzjon kbir għal Gerard, hekk kif wara l-ħidma kollha fuq dan il-proġett, The Perfect Husband issa jinsab lest biex jibda l-vjaġġ tiegħu f’idejn il-qarrejja.

Nawguraw lil Gerard kull suċċess b’dan il-ktieb il-ġdid!

Ritratti:

Facebook / Gerard James Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI