Taħdem Kutra L-Ġmiel Tagħha U Tiġbor Somma Mill-Isbaħ B’Risq Puttinu Cares

Meta bit-talent, tgħin lil ħaddieħor! Hekk għamlet Antoinette Azzopardi. Fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Puttinu Cares ġie miktub post fuq l-att nobbli li għamlet Antoinette hekk kif bis-saħħa tal-kutra, ġabret is-somma ta’ €200!

“Prosit kbira lil Antoinette Azzopardi li b’tant imħabba u dedikazzjoni ħadmet kutra kkulurita bl-idejn tagħha stess!” huma kitbu. “Antoinette biegħet il-biljetti u tellgħet lotterija permezz ta’ din il-kutra sabiħa, u rnexxielha tiġbor is-somma ta’ €200 b’risq Puttinu Cares!”

“Grazzi mill-qalb, Antoinette, tal-ħin, il-paċenzja u l-qalb kbira tiegħek!” huma komplew jgħidu. “Grazzi talli inti parti mill-familja ta’ Puttinu Cares!”

Prosit Antoinette!

Ritratt:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI