“Għallimni Noħloq Ħolma” – Jagħtu L-Aħħar Tislima Lil Pawlu Mizzi

Id-dinja tal-pubblikazzjoni Maltija għadha kif tilfet pilastru ewlieni hekk kif illum tħabbret il-mewt ta’ Pawlu Mizzi, missier il-Klabb Kotba Maltin. Mizzi, li saħansitra spiċċa tlaqqam minn bosta bħala Missier il-Ktieb Malti, ħalliena fl-età ta’ 89 sena, u bosta huma dawk li jinstabu jagħtu l-aħħar tislima lil dan il-pijunier tal-publikazzjoni lokali.

Ġorġ Mallia kien wieħed minn dawk li awgurawlu l-mistrieħ ta’ dejjem, mhux biss permezz ta’ messaġġ li jmiss il-qlub iżda saħansitra bi tpinġija speċjali ta’ Pawlu bl-istil distintiv tiegħu.

“Huwa għallimni kulma kien hemm dwar il-pubblikazzjoni. Iżda għallimni ferm aktar minn hekk biss. Huwa għallimni dwar il-perseveranza... kif noħloq ħolma u nibqa’ nsegwiha.” – Ġorġ, dwar Pawlu.

Ivan De Battista wkoll kien fost dawk li qasmu ħsushom dwar il-fundatur tal-Klabb Kotba Maltin, fejn saħaq kemm kien bniedem umli u bieżel, li dejjem emmen fih.

Diversi huma l-ammiraturi tal-letteratura Maltija li qegħdin jissieħbu fil-kummenti sbieħ dwar Pawlu filwaqt li jagħtuh l-aħħar tislima. Bosta jisħqu kif Pawlu kien mentur u għalliem liema bħalu, kif ukoll jirringrazzjawh għax-xogħol u l-kontribut kbir li ħalla warajh.

It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq joffri l-kondoljanzi lill-familja ta’ Pawlu Mizzi u lil dawk kollha qrib tiegħu f’dan il-mument diffiċli.

Facebook / Ivan De Battista

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI