“Għandi ħolma li nixtieq ngħix għaliha,” bdiet Sefora Tabone, omm Diego. It-tifel tagħha ta’ 4 snin għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu.
“Għandi ħolma li l-ebda ġenitur li jsir jaf li ibnu jew bintu għandhom diżabilità ntellettwali ma jinkwieta fuq għada. Għandi ħolma li l-ebda ġenitur ma jinkwieta fuq x’ser jiġri minn uliedu meta hu jispiċċa. Għandi ħolma li l-adulti bl-awtizmu jkollhom post fejn jgħixu, post sigur, post li jkompli jgħinhom jilħqu l-milja tagħhom,” kitbet hi fuq il-paġna ta’ Facebook I am Diego.
"Għandi ħolma għal dan it-tfajjel ċkejken li qed jitbissem fir-ritratt, u għal tfal oħra bħalu. Ħolma li dik it-tbissima tibqa’ fuqu anke meta jikber, u jien ma nkunx hawn iżjed.”
"Ħolma li nwiegħed li se nagħmel minn kollox biex naraha sseħħ. Ħolma għal ħajja sabiħa, b’dinjità, inklussiva, u mingħajr tbatija,” spiċċat hi.
Facebook/I am Diego