Qed tkompli t-tfittxija għal Masha, kelba li għebet ilbieraħ miż-żona tan-Nigret, fiż-Żurrieq.
Skont Christa Cilia, l-aħħar dehra kkonfermata tagħha kienet għall-ħabta tas-19:00 fiż-żona ta’ Blue Grotto Avenue.
Christa qalet li qattgħet il-lejl kollu tfittex lil Masha flimkien mal-fosterer tagħha, iżda s’issa għadha ma nstabetx.
Appellat lill-pubbliku, speċjalment lil dawk li jgħixu fiż-Żurrieq u madwar Blue Grotto Avenue u t-toroq tal-madwar, biex jibqgħu jfittxu waqt li jkunu mexjin jew isuqu u jiċċekkjaw postijiet kwieti fejn Masha tista’ tkun qed tistrieħ.
Tappella wkoll li jekk xi ħadd jaraha, m’għandux jiġri warajha jew jipprova jaqbadha, iżda għandu jżomm għajnejh fuqha mill-bogħod u jċempel lil Christa immedjatament fuq 7727 0610