Il-Membru Parlamentari Bernice Bonello qasmet messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali biex tawgura għeluq snin it-tajjeb l-għarus tagħha, David. Fil-messaġġ tagħha, Bernice esprimiet il-gratitudni tagħha għall-esperjenzi u l-mumenti sbieħ li qasmu flimkien tul iż-żmien, filwaqt li awguratlu sena mimlija ferħ, saħħa u suċċess.
"Awguri mill-qalb f'għeluq sninek għażiż David. Grata ħafna ta' dak kollu li għamilna u tal-mumenti sbieħ li qsamna flimkien. Nittama li din is-sena ġġiblek ħafna ferħ, saħħa u dak kollu li tixtieq qalbek," kitbet Bernice.
Il-messaġġ ġie akkumpanjat b'ritratt tat-tnejn flimkien u ġabar diversi kummenti u awguri mingħand segwaċi u ħbieb, li ngħaqdu magħha biex jawguraw lil David f'din l-okkażjoni speċjali. F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija b'ħafna saħħa, ferħ u paċi!
Facebook / Bernice Bonello