“Grazzi Għeżież Studenti Li Tgħinuni Nsir Bniedem Aħjar” – Lelio Spiteri

Is-Surmast Lelio Spiteri qasam messaġġ mill-qalb wara li rċieva rigal mingħand il-klassi tal-Year Griffins. Għalkemm ir-rigal kien apprezzat ħafna, Spiteri qal li l-isbaħ ħaġa kienet il-messaġġ sinċier li ġie miegħu – kliem li, kif stqarr hu stess, messlu qalbu u tah aktar kuraġġ biex ikompli jkun awtentiku fil-ħidma tiegħu.

Fir-rakkont tiegħu, huwa spjega li ftit ġimgħat ilu żewġ studenti marru jkellmuh fl-uffiċċju. Waħda minnhom fetħet id-djarju tagħha u qratlu messaġġ b’sinċerità u kuraġġ, fejn ressqulu talba b’mod ċar u rispettabbli. Dak il-ħin, "staqsejt lili nnifsi, 'Meta kont fil-year 6 jien, kont inkun kapaċi mmur quddiem il-Kap tal-iskola u nitkellem daqshekk komdu u b'mod apert? U żgur li le.', qal Spiteri li baqa’ impressjonat bil-maturità tagħhom.

Wara li sema’ dak li kellhom xi jgħidulu, is-surmast aċċetta t-talba tagħhom u biddel deċiżjoni li kien ħa. Huwa sostna li anke min imexxi jista’ jiżbalja, u li mexxej tajjeb għandu jkun lest jisma’, jirrifletti u jammetti meta jkun hemm bżonn ta’ bidla. Temm jirringrazzja lill-istudenti tiegħu, u qal li huma wkoll qed jgħallmuh lezzjonijiet importanti u jgħinuh isir bniedem aħjar kuljum.

Ritratti:

Facebook/Lelio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI