“Grazzi Tal-Imħabba Kollha Li Wrejt Għall-Aħħar 26 Sena Ta' Ħajti” – Qed Tagħrfuha Lil Din Il-Kantanta?

Illum jaħbat għeluq snin omm kantanta lokali. Kantanta li llum il-ġurnata qed tifforma parti minn duo u donnhom fil-viċin ħa jkunu qed jagħtuna xi materjal oriġinali. Biex intikom ftit oħra għajnuna ħa ngħidulkom ukoll li din il-kantanta kienet fl-aħħar edizzjoni ta’ X Factor Malta. Hawn nistgħu naraw ritratt li qasmet ta’ meta kienet żgħira.





Dik iċ-ċkejkna mhi ħadd ħlief Celine Agius li impressjonat lill-ġurija bil-vuċi qawwija tagħha fit-tieni staġun ta’ X Factor Malta. F’għeluq snin ommha Celine awgurat lil ommha u kitbet, “Grazzi tal-imħabba kollha li wrejt għall-aħħar 26 sena ta’ ħajti. Grazzi talli kont hemm u talli għamilt minn kollox biex tara lilna lkoll kuntenti.”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil ommha Doris l-isbaħ xewqat!

Facebook / Cel Ag



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI