Il-kantanta lokali Ema Vella, li rajnieh f'X Factor u aktar kmieni dis-sena fil-Malta Eurovision 2026, kitbet messaġġ mill-qalb għall-għażiż missierha. Illum huwa jum għeluq sninu, u hi xtaqet tesprimi kemm tapprezza l-imħabba u l-appoġġ li dejjem juri lejha u lejn il-familja.
"Awguri f’għeluq sninu lill-aqwa missier li qatt tista’ tixtieq bint. Illum niċċelebraw il-persuna meraviljuża li int. Grazzi talli dejjem tappoġġjani b’kull mod Għalkemm nilletikaw ĦAFNA, nerġgħu nirranġaw mill-ewwel. Inħobbok, Daddy," kitbet Ema.
Nawgurawlu mill-qalb! Ara l-post HAWN