Ritratti Mill-Passat Tal-Famuża Libsa Li Kellha Ira Losco F’7th Wonder

7th Wonder

Lura fl-2002 Ira Losco kienet impressjonat bil-kbir mhux biss mużikalment, bl-interpretazzjoni u bis-suċċess li kisbet il-kanzunetta tagħha 7th Wonder, iżda anke bid-dehra.

Il-libsa li kellha fil-Eurovision 2002, żgur li l-Maltin u l-Għawdxin ma nesewha qatt. Dehra li baqgħet tissemma! Jidher li Ira kellha nostalġija hekk kif ftit ilu qasmet ritratti mill-passat tagħha liebsa dik il-famuża libsa.

"Ritratti minn kampanja ta' 'HOT COUTURE' wara l-Eurovision tal-2002. Il-catsuit ġiet iddisinjata u maħduma minn Ernest Camilleri u Gloria Camilleri," tikteb Ira.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI