“31 u għandi dak kollu li dejjem xtaqt,” kitbet Yazmine fil-post tagħha, kliem li jidher li qed jalludi għall-fatt li llum hija qed tgawdi l-ħajja bħala omm, esperjenza li bidlitilha ħajjitha kompletament.
Il-messaġġ tagħha wassal sens qawwi ta’ gratitudni u kuntentizza, hekk kif ħafna segwaċi interpretaw kliemha bħala riflessjoni fuq il-familja u l-imħabba li sabet f’dan il-kapitlu ġdid ta’ ħajjitha.
Matul dawn l-aħħar xhur, Yazmine qasmet diversi mumenti marbuta mal-vjaġġ tagħha bħala omm, u jidher ċar li din il-fażi qed tagħtiha sodisfazzjon kbir.
Bosta ħbieb u segwaċi sellmulha b’messaġġi ta’ awguri, fejn awgurawlha aktar mumenti sbieħ, saħħa u ferħ flimkien mal-familja tagħha.
Facebook / Yazmin Helledie