Kien it-3 ta' Novembru meta l-kantant Matt Black ħabbar li missieru kien ħalliena. Ġurnata qabel Matt kien ser iniedi xi ħaġa eċitanti imma ovvjament kellu jiposponi.
Fuq Facebook jistqarr li ma kienx ċert għadux ikompli bil-pjanijiet tiegħu, "Imma ma xtaqtx inħalli l-kreattivita u x-xogħol t'impenn jinħela" jgħid Matt. Matt u Dav Jr. ilhom minn April jaħdmu flimkien fuq kollaborazzjoni pop bl-isem ta' MARIA. "Missieri kien dejjem hemm fil-proċess kollu tal-kanzunetta u kienet iħobbha wisq, għalhekk naf li kieku xtaqni nagħmilha". Għalkemm xtaq li joħroġ il-kanzunetta b'missieru preżenti, Matt jgħid, "Naf li ser ikun kburi bijja u b'Dav Jr".
Kemm Matt Black kif ukoll Dav.Jr kienu parteċipanti fil-programm X Factor Malta. Awguri minn qalbna.