“Happy Birthday Pa. Dejjem F’Qalbi U Moħħi.” – Justyne Caruana B’Awgurju Mill-Qalb

Justyne lil missierha

Illum hi data li tibqa’ f’moħħ u f’qalb Justyne Caruana, hekk kif huwa jum twelid missierha. Ħames snin ilu ħalla din id-dinja Paul John Caruana, missier Justyne.

F’din il-ġurnata ta’ jum għeluq sninu dejjem tħallilu messaġġ biex tesprimi kemm jinħass in-nuqqas tiegħu, iżda kemm jibqgħu prezzjużi l-memorji.

Justyne awguratlu f’dan il-jum fuq il-paġna tagħha fejn kitbet, “Happy Birthday Pa. Dejjem f’qalbi u moħħi.” Qasmet anke ritratt miegħu għall-okkażjoni u biex tfakkar il-memorja tiegħu.

Inselmu l-memorja ta’ Paul John Caruana f’jum twelidu.







Ritratti:

Facebook/ Justyne Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI