Ħafna huma dawk li għadhom kif irċevew ir-riżultati tal-MATSEC, aħna ta’ Gwida.mt ħsibna li nagħmlu artiklu tal-istadji li wieħed jgħaddi minnhom meta jkun ħerqan qed jistenna dawn ir-riżultati. Ngħiduha kif inhi, l-anzjetà tibda tagħmel tagħha.
Tistenna bil-ħniena bil-mowbajl f’idejk!
Xħin idoqq il-mowbajl, tieqaf qalbek.
Jerġa’ jdoqq u jkunu huma... tiftħu jew le?
Fl-aħħar tiftħu...
Jekk tkun ġibt dak li xtaqt...
Iċċempel lil kulħadd!
Ma tkunx taf x’irċevejt! Kif jista jkun!
Jekk forsi mhux dak li xtaqt...
Tibda taħdem għal dak l-imbierek resit!
Jekk forsi tkun l-isfortunat li ma rċevejt xejn! Ikollok tibda tistenna l-pustier!
Minn hawn nieħdu l-opportunità nawguraw lil l-istudenti kollha. Prosit kbira lil dawk li ġabu r-riżultati mixtieqa u dawk li ma ġabux dak li xtaqu, nawgurawlhom għall-futur. Prosit ukoll! Taqtgħux qalbkom, ibqgħu aħdmu u taslu wkoll!