“Ħassejtni Kuntent U Maħbub!” – Franklin Calleja Jirringrazzja Lil Dawk Kollha Li Ftakru Fih F’Għeluq Sninu

Il-kantant Malti Franklin Calleja rringrazzja lil dawk kollha li ftakruh f’għeluq sninu, wara li rċieva bosta messaġġi, rigali u ġesti sbieħ li skontu għamlulu din il-ġurnata waħda tassew speċjali.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, Franklin spjega li għalkemm mhuwiex wieħed li jagħti wisq importanza lil għeluq sninu, din id-darba tassew ħassu kuntent u maħbub bil-mod kif in-nies għażlu li juruh l-apprezzament tagħhom. Huwa qal li dawn il-ġesti fakkruh li "għeluq sninu mhuwiex biss okkażjoni ta’ ċelebrazzjoni, iżda wkoll opportunità biex jieqaf u japprezza lilu nnifsu, in-nies ta’ madwaru u dak li għandu f’ħajtu."

Franklin stieden ukoll lil dawk li jaqraw il-messaġġ tiegħu biex qalb il-ġenn tal-ħajja ta’ kuljum, isibu ftit ħin biex jieqfu u jirriflettu fuq dak li verament jgħodd. Il-kantant temm billi esprima l-gratitudni tiegħu lejn kulħadd, filwaqt li saħaq li kull messaġġ li rċieva għamel differenza kbira għalih.

Awguri mill-ġdid lil Franklin! Nawgurawlu ħafna ferħ, paċi u suċċess.

Ritratt:

Facebook/ Franklin Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI