“Rajtu Jdur Madwar Triq Il-Qattus, Ħal Għaxaq” – Appell Għall-Pubbliku

kelb

Għadu kemm inxtered appell dwar dan il-kelb li qed jiġi mfittex. Fir-ritratt jidher fi Triq il-Qattus, Ħal Għaxaq.

"Xi ħadd jagħraf lil dan il-kelb? Iltqajt miegħu llum filgħodu waqt li kien qed idur fi Triq il-Qattus, Ħal Għaxaq. Deher mitluf, iżda xi nies li ltaqajt magħhom fit-triq qaluli li ta’ spiss jarawh idur fl-inħawi u li s-sid tiegħu joqgħod ftit ’il bogħod."

L-appell ikompli, "Il-kelb fqir qed jimxi f’nofs it-triq, u sfortunatament, hija biss kwistjoni ta’ żmien qabel ma jintlaqat minn xi karozza. Jekk xi ħadd jaf lis-sid, jekk jogħġobkom għidulu. L-ebda annimal ma jistħoqqlu jitpoġġa f’sitwazzjoni perikoluża bħal din. Jekk jogħġobkom kunu responsabbli u żommu l-annimali domestiċi tagħkom siguri."

Jekk jogħġobkom xerrdu dan il-messaġġ biex ngħinu lil dawk li qed ifittxuh.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI