Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Library at UM qasmu aħbar xejn sabiħa hekk kif riċentament ħalliena Felix, il-qattus tal-librerija
Bdew billi qalu, “qalbna maqsuma ninfurmawkom li l-qattus tant maħbub tal-librerija, Felix, ħalliena. Għal snin twal ta merħba lil viżitaturi, raqad fl-ixkafef, u sebbħila l-ġurnata.”
Komplew billi żiedu jgħidu, “Felix ma kienx sempliċiment qattus, kien parti mill-familja tal-librerija tagħna. Jekk għandkom xi ritratti jew memorji tiegħu, nħeġġukom taqsmuhom magħna fil-kummenti. Verament kien uniku u ser nimmisjawh ħafna.”
Jaħasra! Min jaf kemm studenti ser jibqgħu jgħożżu l-memorja ta’ Felix! Grazzi li sebbaħt il-ġranet ta’ ħafna min-nies.
Facebook/René Monseigneur