"Iċ-Ċkejkna Tagħna Waslet. Is-Sabiħa Tagħna Lorah" – Gordon Bonello U Clara Jerġgħu Isiru Ġenituri

Il-preżentaturi lokali Gordon Bonello u Clara Farrugia għadhom kemm laqgħu f’ħajjithom liċ-ċkejkna Lorah. Żgur li Hazel qiegħda is-seba’ sema hekk kif għandha oħtha ż-żgħira.

Gordon jikteb, “Iċ-ċkejkna tagħna waslet! Is-sabiħa tagħna Lorah. Mill-mument li rajniek, qalbna nbidlet għal dejjem. Inwegħduk li nħobbuk u nipproteġuk dejjem. Int diġà ġibt aktar dawl f’ħajjitna!”

Jesprimi kemm hu kburi bi Clara. Jikteb li hu grat lejn it-tim mediku kollu li ħa ħsieb il-ħlas. 

Awguri minn qalbna Gordon u Clara! Merħba Lorah!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI