“Iċ-Ċifri Tripli Se Jeqirduna” – Donnu N-Numru Ta’ Każijiet Ġodda Ma Jridx Jinżel

It-tabib Frank Portelli ta’ kuljum jiżvela kemm ikunu nstabu każijiet pożittivi ġodda sat-8am jew id-9 ta’ filgħodu. Illum fuq il-midja soċjali kiteb li “ċ-ċifri tripli se jeqirduna”.



Dan għaliex li sat-8am tal-lum jidher li nstabu aktar minn 100 ruħ pożittivi għal-Covid-19. Apparti minn dan, fuq il-paġna ta’ Gerald Fenech ġie miktub li sad-9am instabu 168 każijiet pożittivi ġodda, li minnhom jaf ikunu nies li diġa ħarġu pożittivi qabel u li qed jerġgħu jiġu ttestjati.

Meta se jibdew jinżlu dawn in-numri? Għaċ-ċifri uffiċjali wieħed għandu jistenna san-12:30pm, meta dawn jiġu kkonfermati mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI