“Iffaċjajt Ħafna Sfidi Biex Kelli Lil Christine… Għalija Hi Tfisser Id-Dinja!” – Eileen Montesin

Intervistata waqt Sibtek, l-attriċi u preżentatriċi maħbuba minn bosta Eileen Montesin titkellem ikkommovuta dwar kemm kien mument sabiħ f'ħajjitha meta tat il-ħajja lil bintha Christine. Bi tbissima fuq fommha, l-attriċi tistqarr li għaliha bintha "tfisser id-dinja".

B'dieqa, Eileen tiftakar ukoll fl-isfidi li hi u żeġwha kellhom jiffaċjaw fil-perjodu tat-tqala. Tirrikonoxxi li setgħu kienu dawn l-isfidi li wassluha sabiex dejjem tkun protettiva fil-konfront ta' bintha. L-attriċi ttemm tistqarr li sal-lum il-ġurnata tħoss sens kbir ta' gratitudni li għandha lil bintha li tant tħobb f'ħajjitha.

Fix-xena pubblika, Eileen u bintha Christine jqanqlu l-ammirazzjoni ta' bosta għar-rabta speċjali u l-imħabba evidenti li hemm bejniethom. Huma sinonimi għad-diversi produzzjonijiet u programmi li ħadmu flimkien matul is-snin.

Ritratt:

TVMi / Sibtek u Instagram / Eileen Montesin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI