“L-Isbaħ Birthday Ta’ Ħajti!” – Jagħtu Sorpriża Lil Renato F’Għeluq Il-75 Sena Tiegħu

Bosta kantanti, atturi, kompożituri u oħrajn li matul ħajjithom kellhom l-opportunità li jaħdmu fil-qrib ma' Renato, ingħaqdu flimkien sabiex jagħtuh sorpriża mill-isbaħ f'għeluq il-75 sena tiegħu. Dan hekk kif Renato jagħlaq sninu proprju nhar il-Ħamis li ġej.

Organizzata minn The Briefcase Man, is-sorpriża ħadet lil Renato f'ċinema fejn hu kien mingħalih li se jara film ordinarju, iżda minflok spiċċa segwa sensiela ta' filmati emozzjonanti li matulhom personalitajiet bħal fosthom Ira Losco awgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.

Il-filmati li ntwerew minflok il-film fakkruh ukoll f'fost l-iżjed mumenti diffiċli ta' ħajtu, fosthom meta hu kien ta kilwa lil ħuh li kien qed jiffaċja problemi f'saħħtu, u b'hekk ippremjah b'14-il sena oħra ta' ħajja.

Is-sorpriża laħqet il-qofol tagħha meta hekk kif il-filmat wasal fi tmiemu, daħlu maġenbu b'kejk f'idejhom ikantawlu għal għeluq sninu għadd ta' personalitajiet Maltin oħra li Renato ħadem magħhom kemm-il darba fil-passat fosthom Mary Rose Mallia, Amber, Janvil u tant oħrajn.

F'mument minnhom, Renato stqarr kommoss li dan kien "l-isbaħ birthday ta' ħajti".

Nawguraw iżjed snin ta' saħħa lil Renato.

Ritratt:

Instagram / The Briefcase Man

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI