Maypole Itella’ T-Tradizzjoni Maltija Fi Sqallija Ġewwa Taormina

Fil-jiem li għaddew, it-tim tal-Maypole kellu l-opportunità li jtella' t-tradizzjoni Maltija fi Sqallija billi ħa sehem f'wirja li seħħet ġewwa Taormina. Għaldaqstant, dawk kollha li attendew din l-esebizzjoni setgħu jduqu ikel tipiku Malti.

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, il-Maypole iddeskriviet dan l-avveniment bħala "opportunità mill-isbaħ sabiex it-tradizzjonijiet tat-tisjir Malti jiġu esebiti anke barra minn xtutna".

Fissru kif dan għen ukoll sabiex tissaħħaħ ir-rabta qawwija li diġà teżisti bejn Malta u Sqallija.

Ritratt:

Instagram / Maypole

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI