“Il-Preżenza Ta’ Binti Hija L-Vera Rebħa Tiegħi”- Il-Para Rower Kurt Farrugia B’Ritorn Emozzjonanti Fil-Kampjonati Nazzjonali Tal-Indoor Rowing

F'messaġġ kommoventi u mimli ispirazzjoni fuq il-midja soċjali, il-para rower lokali Kurt Farrugia qasam l-esperjenza tiegħu wara r-ritorn fil-Malta National Indoor Rowing Championships. Minkejja li kien ilu żmien 'il bogħod mill-kompetizzjonijiet u kellu ftit żmien biex jipprepara, Farrugia xorta waħda rnexxielu jikseb riżultati mill-aqwa: l-ewwel post fil-kategorija tiegħu kemm fl-1000 metru (5:08) kif ukoll fil-500 metru (2:27), filwaqt li spiċċa fit-tielet post overall fiż-żewġ distanzi.

Madankollu, għal Kurt, l-akbar sodisfazzjon ta' din il-kompetizzjoni ma kienx marbut mal-ħinijiet jew mal-midalji, iżda mal-preżenza ta' bintu ċkejkna Katrina. Huwa stqarr li l-fatt li kienet hemm tah saħħa u motivazzjoni li l-ebda midalja ma tista' tagħtih, u esprima x-xewqa li xi darba tifhem li minkejja li l-ħajja mhux dejjem tkun faċli, bil-paċenzja, bil-kuraġġ u bid-determinazzjoni wieħed jista' dejjem jerġa' jibda mill-ġdid.

Filwaqt li rrikonoxxa li għad fadallu ħafna xogħol x'jagħmel biex itejjeb il-ħinijiet tiegħu, Kurt temm b'nota ta' ottimiżmu u determinazzjoni kbira, fejn saħaq li dan ir-ritorn mhuwiex it-tmiem, iżda biss il-bidu.

Ritratt:

Facebook/Kurt Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI