L-Uffiċju Meteroloġiku ta' Malta jbassar li matul il-ġimgħa d-dieħla t-temperaturi se jkunu qed jibqgħu pjuttost għoljin għal dan iż-żmien tas-sena, hekk kif jidher li se jvarjaw bejn il-medja ta' 24°C u 25°C.
Dawn it-temperaturi għoljin se jkunu qed jippersistu f'pajjiżna minkejja li ninsabu biss ftit ġimgħat 'il bogħod mit-tmiem tal-ħarifa u l-bidu tal-istaġun tax-xitwa.
Intant, l-Uffiċju Meteroloġiku ta' Malta mhu jbassar ebda xita għal din il-ġimgħa, hekk kif minflok it-temp mistenni jkun imsaħħab tul il-ġimgħa kollha.
Facebook / Malta Weather u ChatGPT