Matul dawn l-aħħar ġranet, it-temperatura kienet ogħla milli wieħed jistenna li tkun f'dan iż-żmien tas-sena fejn ninsabu biss ftit ġimgħat 'il bogħod mix-xitwa. Jidher li dan kien kawża ta' antiċiklun Afrikan li kien qiegħed jolqot lill-gżejjer Maltin u jżomm it-temperaturi sħan.
Is-sit 'Aġġornament Tat-Temp' spjega fuq il-midja soċjali li aktarx, proprju bħal-lum ġimgħa fil-famuża Black Friday, pajjiżna se jiffaċja bidla fit-temp fejn l-antiċiklun jiddgħajjef fl-influwenza tiegħu fuq il-gżejjer tagħna u konsegwentament jiffriska.
Dan mistenni jgħin sabiex it-temperaturi jkomplu nieżla xi ftit u b'hekk jilħqu l-medja li fis-snin preċidenti dejjem intlaħqet f'dan iż-żmien tas-sena.
Fil-ġimgħat li għaddew, it-temperatura f'pajjiżna varjat bejn wieħed u ieħor bejn il-medja ta' 21°C u 24°C f'ħinijiet differenti matul il-ġurnata.
Facebook / Chris Hart u ChatGPT