Il-Belt Valletta Hi Fost L-Aktar Postijiet Sottovalutati Fl-Ewropa

Il-Belt Valletta ġiet magħżula bħala waħda mid-destinazzjonijiet lussużi l-aktar sottovalutati fl-Ewropa għas-sena 2025, skont riċerka ġdida minn CV Villas.

Il-belt kapitali ta’ Malta hi post tajjeb ħafna għal turisti li jfittxu avventura b’inqas folla. Għalkemm hija waħda mill-aktar ibliet kapitali żgħar fl-Ewropa, il-Belt Valletta hi ġawhra mimlija siti storiċi, xi ħaġa li t-turisti japprezzaw immens waqt xi żjara.

Il-belt kapitali tagħna ġiet rikonoxxuta bħala Sit ta’ Wirt Dinji mill-UNESCO.

L-aktar tliet postijiet sottovalutati kienu; Umbria fl-Italja, Biarritz fi Franza, u Paphos f’Ċipru. Postijiet oħra li għamluha mal-aktar 20 belt sottovalutata f’din ir-riċerka ta’ CV Villas, hemm Brittany fi Franza, St Ives fir-Renju Unit, u Skiathos fil-Greċja.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI