“Il-Biża’ Tfisser Li Hemm Xi Ħaġa Li Rridu Nipproteġu U Nibżgħu Li Nitilfuha” – Jaimie Lee Farrugia

Permezz ta’ messaġġ sinċier fuq il-midja soċjali, Jaimie Lee Farrugia tkellmet dwar il-biża’ li qed tesperjenza matul dan il-perjodu diffiċli ta’ ħajjitha, filwaqt li qasmet riflessjoni dwar kif din l-emozzjoni tista’ tkun marbuta ma’ dak li hu l-aktar għażiż għalina. Jaimie spjegat li bħalissa qed tħabbat wiċċha ma’ diversi inċertezzi, fosthom il-biża’ mir-riżultati tat-testijiet mediċi u dwar kif ġisimha se jirreaġixxi wara li tneħħewlha d-drains.

Hija semmiet tliet raġunijiet li jistgħu jkunu qed iwassluha biex tħoss din il-biża’ kontinwa. L-ewwel nett, għarfet li dan mhuwiex l-isbaħ żmien ta’ ħajjitha. It-tieni, spjegat li l-vjaġġ li għaddiet minnu kien tant diffiċli li s-sistema nervuża tagħha tinsab kontinwament fuq l-allert, bħallikieku dejjem qed tistenna li jiġri l-agħar.

Madankollu, Jaimie għażlet li tħares lejn din l-emozzjoni minn perspettiva oħra. Hija fissret li l-biża’ tista’ tkun ukoll sinjal pożittiv, għaliex tfisser li hemm xi ħaġa f’ħajjitna li tant ngħożżu li nibżgħu li nitilfuha. Riflessjoni li tfakkarna kemm il-biża’ u l-vulnerabbiltà huma parti mill-esperjenza umana, speċjalment meta persuna tkun għaddejja minn sfidi li jħallu impatt kemm fiżiku kif ukoll emozzjonali.

Nawguraw lil Jaimie aktar saħħa, kuraġġ u serħan il-moħħ matul dan il-vjaġġ.

Ritratt:

Instagram / jaimelinefarrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI