“Il-Bnazzi Tal-Ġimgħa Mqaddsa Se Jkun Segwit Minn Temp Instabbli Mit-Tnejn” – Maltese Islands Weather

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Maltese Islands Weather taw ftit informazzjoni rigward dak li wieħed għandu jistenna mit-temp tal-ġimgħa d-dieħla. Wara l-bnazzi li gawdejna fil-Ġimgħa Mqaddsa jidher li ser ikollnaxi temp instabbli.

Huma qalu, “Il-bnazzi tal-Ġimgħa Mqaddsa se jkun segwit minn temp instabbli mit-Tnejn 21/4 'il quddiem. Sistema' ta' pressjoni baxxa se tgħaddi minn qribna b'ħalbiet tax-xita fit-tieni nofs tat-Tnejn u l-ewwel nofs tat-Tlieta.”

Żiedu, “Minn dakinhar sa tmiem id-dieħla l-Gżejjer Maltin se jsibu ruħhom maqbuda bejn pressjoni għolja fuq il-punent tal-Mediterran u pressjoni baxxa lejn il-lvant. Din se toħloq kurrent qawwi mill-Punent Majjistru.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI