Il-libsa ikonika li kienet liebsa Mary Spiteri waqt il-Eurovision Song Contest 1992 qed tinbiegħ permezz ta’ irkant għal €850.
Din il-libsa tibqa’ marbuta ma’ wieħed mill-aktar mumenti memorabbli għal Malta fil-Eurovision, meta l-kantanta kisbet it-tielet post u għamlet lill-pajjiż kburi bil-prestazzjoni tagħha tal-kanzunetta Little Child.
Il-libsa, li ġiet iddisinjata f’Milan, għandha valur artistiku u sentimentali qawwi, speċjalment minħabba li Mary Spiteri stess kienet involuta personalment f’ċerti elementi tad-disinn tagħha.
B’ġest ġeneruż, Mary Spiteri għażlet li tagħti l-libsa lill-The Malta Community Chest Fund sabiex il-flus kollha miġbura mill-irkant imorru biex jgħinu individwi u familji fil-bżonn madwar Malta u Għawdex.
L-irkant qed jitqies bħala opportunità rari għal dawk li japprezzaw il-mużika u l-istorja tal-Eurovision.
Ara l-ħolqa HAWN għal aktar informazzjoni.