Il-fotografu lokali Emma Tranter għadha kif laħqet tragward ieħor straordinarju fil-karriera tagħha, hekk kif ġiet magħżula biex taħdem fuq kampanja internazzjonali għall-ikona mużikali Elton John u l-marka premium non-alkoħolika tiegħu, Elton John Zero.
F’messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali, Tranter żvelat li x-xahar li għadda vvjaġġat Londra sabiex tieħu r-ritratti ta’ Elton John u d-dinja viżiva tal-prodott il-ġdid tiegħu. Hi kellha l-unur li tkun responsabbli mill-fotografija tal-kampanja kollha, mill-atmosfera u l-flixkun, sal-immaġni ġenerali li qed jintużaw fil-mezzi stampati, fil-midja u online madwar id-dinja.
“Li tara dawn ir-ritratti fuq il-gazzetti u fuq billboards madwar id-dinja tassew surreali,” kitbet Tranter, filwaqt li żiedet li għalissa tista’ taqsam biss ftit ritratti, b’aktar materjal li mistenni jitħabbar fil-ġimgħat li ġejjin. Hi rringrazzjat ukoll lit-tim kollu involut talli fdawha b’dan il-proġett prestiġjuż.
Dan is-suċċess mhux biss isaħħaħ ir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Emma Tranter, iżda jkompli jpoġġi t-talent Malti fuq il-mappa globali tal-fotografija kreattiva u kummerċjali.
Instagram / Emma Tranter