Dalgħodu, iċ-ċkejkna Ella għaddiet minn operazzjoni ġewwa l-Isptar Mater Dei, li fortunatament, kienet ta' suċċess. Bħalissa, Ella qiegħda tieħu l-ħin meħtieġ sabiex tirkupra.
Matul din il-ġurnata importanti, Ella ma kinitx waħedha. F'ritratti li qasmu fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom Service Dogs Malta Foundation, grazzi lil Sam, is-service dog ta' Ella, hija kellha sapport kontinwu kemm qabel kif ukoll wara l-operazzjoni. Il-preżenza ta' Sam offriet kuraġġ f'mument diffiċli kemm għal Ella kif ukoll dawk ta' madwara.
Nawgurawlek fejqan ta' malajr Ella!
Ritratti: Facebook/Service Dogs Malta Foundation