Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Diocese of Gozo qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni rigward grupp ta’ sapport għall-familji ta’ persuni b’diżabbilta.
Huma qalu, “Wara l-waqfa tas-sajf, il-grupp ta’ sapport għall-familji ta’ persuni b’diżabbiltà se jerġa’ jiltaqa’ bħala l-Grupp ta’ Appoġġ Arka, ikkordinat minn Fr Martin Cilia MSSP. L-ewwel laqgħa ħa tkun il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru fis-Sala ta’ Dar Arka, Għajnsielem, mill-5.30pm sas-7.00pm. Ikun hemm ukoll min jieħu ħsieb it-tfal.”
Qalu wkoll, “Ikun tajjeb tistiednu ġenituri oħra biex ikunu parti minn din l-esperjenza, għax ladarba l-grupp jiġi ffurmat, ikun diffiċli nżidu nies ġodda matul is-sena. Għalhekk, dan iż-żmien hu l-mument ideali biex wieħed jingħaqad. Tistgħu tikkuntattjaw lill-Arka jew direttament lil Fr Martin fuq frmartincilia@gmail.com.”
Facebook/Diocese of Gozo