Il-Kaboċċ B'Imħatra Ma' Sħabu – X'Ħa Jiġri Eżatt Jekk It-Tir Li Għandhom F'Moħħhom Jintlaħaq?

Il-Kaboċċ aktar ma jgħaddi żmien aktar u aktar qed ikompli jikseb popolarità. Ir-raġuni hija waħda sempliċi, in-nies iħobbu min inissilhom tbissima u l-Kaboċċ għamel dan aktar minn darba! Kemm b’xi praspura fuq ommu u anke meta għamel ċajta fuq kulħadd u qal li daħal għal Malta’s Got Talent!

Anke aħna ta’ Gwida.mt blajnieha dakinhar. Emminieh għax kien tassew konvinċenti. Sa mar jippoża għar-ritratti ma’ Gillian Attard, id-direttriċi ta’ La Voix Studios. Imma nsomma, naħseb issa wasal iż-żmien li wara li daħak ftit bina, nidħku daħka aħna wkoll. Jidher li l-Kaboċċ għamel sfida ma’ sħabu u dawn għandhom bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd!

Aħna tkellimna ma’ waħda minn sħabu fejn qaltilna, “għamlilna imħatra li jekk fuq il-paġna tiegħu ta’ instagram jilħaq is-6000 elf follower nagħmlulu xagħru forma ta’ pineapple.” Bħalissa l-Kaboċċ għandu kważi nofs dan l-ammont ta’ followers fuq instagram, jiġifieri żgur għandhom bżonn l-għajnuna tiegħek biex jilħquh. Idħlu HAWN

Qalb tajba għadditilna wkoll ritratt ta’ kif jispiċċa jidher jekk dan iseħħ… u ejja ngħidu li hi xena kemxejn tad-daħk. Wara l-praspar li vvinta fuq ommu, ħaqqu waħda hu! Mela tinsewx tidħlu HAWN





Instagram / Christopher Il Kabocc



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI