Ryan huwa wiċċ magħruf fix-xena mużikali Maltija, partikolarment wara s-suċċess li kiseb fit-tielet staġun ta’ X Factor Malta, fejn irnexxielu jirbaħ il-kompetizzjoni fi Frar tal-2022, taħt Howard Keith Debono.
Matul il-parteċipazzjoni tiegħu, Ryan irnexxielu jirbaħ il-qlub ta’ ħafna Maltin u Għawdxin permezz tal-vuċi tiegħu, l-interpretazzjonijiet emozzjonali u l-passjoni li dejjem wera għall-mużika. Il-prestazzjonijiet tiegħu għenuh jibni rabta sabiħa mal-pubbliku, li kompla jagħtih l-appoġġ tiegħu tul il-vjaġġ fil-kompetizzjoni.
Wara r-rebħa tiegħu, Ryan kompla jsegwi l-ħolma mużikali tiegħu u jaħdem fuq proġetti artistiċi ġodda. Infatti rajnieh jikseb it-tieni u t-tielet post fil-Malta Eurovision Song Contest u anke jasal għall-finali ta' Mużika Mużika.
Illum, f'din il-ġurnata speċjali, aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Ryan l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu. Nawgurawlu sena mimlija saħħa, kuntentizza, suċċessi u aktar opportunitajiet sbieħ fil-karriera mużikali tiegħu.
Awguri mill-qalb, Ryan!
Facebook / Ryan Hili