Illum hija ġurnata speċjali għall-awtur u preżentatur lokali Deo Grech, hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu! Deo huwa wiċċ familjari għal ħafna Maltin u Għawdxin, partikolarment għal dawk li jsegwu x-xena artistika u kulturali lokali. Matul is-snin, huwa kien involut f’diversi inizjattivi marbuta mal-kitba, il-preżentazzjoni u l-qasam tal-ispettaklu.
Permezz tal-ħidma tiegħu, Deo kompla jaqsam il-passjoni tiegħu għall-arti u l-kultura Maltija, filwaqt li bena rabtiet ma’ diversi personalitajiet fix-xena lokali. Deo tagħna bosta kanzunetta mill-isbaħ tul is-snin fosthom is-silta Fomm il-Vjolin li rebħet il-Festival Internazzjonali Tal-Kanzunetta Maltija. Għal snin twal ħadem mill-qrib ta' Charlene u Natasha fejn kien il-moħħ wara s-silta Echoes of Gaia li kienet niżlet tajjeb immensament.
F'din il-ġurnata speċjali, aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Deo l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu. Nawgurawlu sena mimlija saħħa, kuntentizza, suċċessi u aktar esperjenzi sbieħ.
Awguri mill-qalb, Deo!
Facebook / Deo Grech