Il-Kantawtur Lokali Nathan Jirritorna Bis-Silta Down – Kanzunetta Movimentata U Sajfija!

Down ta’ Nathan hija kanzunetta ġdida mill-kantawtur żagħżugħ u promettenti li diġà qed tiġbor ammiraturi ġodda għall-kantant żagħżugħ. Din hija t-tieni single tiegħu għal dan is-sajf, u tirrifletti l-kreattività tiegħu billi toħroġ bi stil u ġeneru frisk, differenti minn dak li konna mdorrijin nisimgħu mingħandu fil-bidu tal-karriera tiegħu.

Il-kanzunetta tispikka għal melodija tagħha li tħalli impatt immedjat, flimkien ma’ lirika li toħloq atmosfera ħafifa u pożittiva, perfetta għal żmien is-sajf. Mal-proġett ġie imniedi wkoll vidjo mużikali uffiċjali li jsaħħaħ l-istorja u l-messaġġ tal-kanzunetta.

B’xeni mimlija kuluri, il-vidjo jirnexxielu jikkumplimenta l-enerġija tal-kanzunetta, u juri lil Nathan bħala artist li mhux biss ikanta, iżda wkoll jgħix l-esperjenza mużikali tiegħu b’passjoni u awtentiċità.

B’dan il-proġett, Nathan qed ikompli jikkonsolida postu bħala wieħed mill-aktar artisti lokali li ta’ min isegwi, u Down tista’ faċilment tkun waħda mill-kanzunetti favoriti tas-sajf.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI