Lennon John ta' 16-il sena semma kif minħabba l-kundizzjoni rari li għandu ta' kuljum qed ikollu jaffaċja diversi sfidi biss stqarr li l-imħabba li qed juruh in-nies qed tagħtih is-saħħa kollha li għandu bżonn.
Hu wera sens ta' apprezzament "għall-messaġġi, talb u sapport" li qed jirċievi mingħand in-nies fejn żvela wkoll li dan l-aħħar qed iħossu "daqsxejn aħjar" għalkemm għad fadallu sakemm jirpilja għalkollox.
"Grazzi talli dejjem tifhmuni u qed tkunu miegħi f'dan il-vjaġġ," saħaq Lennon John fuq il-midja soċjali.
Kuraġġ, Lennon John!
Facebook / Lennon John - Fighting IRD