“Imlejnieha Muturi Imdina Road. Grazzi Ħafna Talli Ġejtu. Nitilqu Daqt” – Bjorn Formosa

Bjorn BIKERIDE

Illum il-Ħadd 11 ta’ Ottubru qed issir bike ride b’risq DAR Bjorn u ALS Malta+, bi tluq minnTriq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

L-avveniment qed jiġi organizzat wara x-xewqa ta’ Robert Bugeja, resident maħbub f'DAR Bjorn, li talab lil John Bundy jgħinu jorganizza din l-inizjattiva.

It-tnejn ingħaqdu ma’ oħrajn biex din ix-xewqa ssir realtà u l-bike ride ssir waħda mill-akbar inizjattivi ta’ dan it-tip f’Malta b’risq kawża importanti.

Bjorn Formosa fuq il-paġna tiegħu ftit ilu kiteb li waslu biex jitilqu minn Triq L-Imdina. "Imlejnieha muturi Imdina Road. Grazzi ħafna talli ġejtu. Nitilqu daqt."

Prosit lil kull min ikkontribwixxa għall-ġid ta' Bjorn u l-missjoni tiegħu!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI