"Il-Parroċċa Tifraħ U Tawgura Lil Dun Walter Cauchi… Li Llum Jiċċelebra T-48 Anniversarju Mill-Ordinazzjoni Saċerdotali Tiegħu."

Il-Parroċċa San Sebastjan ta’ Ħal Qormi, permezz tal-mezzi soċjali tagħha, sellmet b’mod sabiħ lil Dun Walter Cauchi, f’okkażjoni speċjali u sabiħa, it-48 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.

F’messaġġ imtella’ b’għożża u gratitudni, il-parroċċa fakkret kif Dun Walter serva bħala l-ħames Kappillan tal-parroċċa bejn l-1996 u l-2008, snin ta’ ħidma pastorali intensa li għarfu bidla sinifikanti fil-ħajja spiritwali u komunitarja tan-nies ta’ Ħal Qormi. Matul dawn is-snin, huwa kien ta’ figura pastorali li mxiet qrib tal-familji, żgħażagħ u anzjani, filwaqt li mexxa inizjattivi pastorali li biddlu l-ħajja parrokkjali b’ruħ ta’ servizz u dedikazzjoni.

Il-parroċċa kitbet, “Il-Parroċċa tifraħ u tawgura lil Dun Walter Cauchi, il-ħames Kappillan tal-Parroċċa tagħna (1996-2008), li llum jiċċelebra t-48 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Filwaqt li nifirħu miegħu għad-doni tal-ħajja u tas-saċerdozju, inkomplu nżommuh fit-talb tagħna ħalli jkompli jaqdi l-Knisja fil-ministeru tiegħu. Ad Multos Annos!”

Dan l-anniversarju ma jfissirx biss marka importanti fil-ħajja personali ta’ Dun Walter, imma jfakkar ukoll f’don prezzjuż li l-Knisja rċeviet f’dak in-nhar ta’ Ġunju 1977, meta ġie ordnat saċerdot. Il-wegħda tiegħu ta’ servizz lil Alla u lill-poplu tiegħu, illum tibqa’ tidher fl-imħabba u l-fidi li għadu jxerred fejn ikun.





Facebook / Ray Azzopardi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI