“It-Tim Mediku Għadu Kif Infurmani Li L-Operazzjoni Ta’ Ben Intemmet B’Suċċess” – Il-Ministru Ian Borg

Dalgħodu Ben kellu operazzjoni delikata iżda din intemmet b’suċċess. Permezz ta’ kitba fuq il-paġan tiegħu, l-Ministru Ian Borg tkellem dwar dan.

Qal, “It-tim mediku għadu kif infurmani li l-operazzjoni ta’ Ben intemmet b’suċċess. Nirringrazzja minn qalbi lill-professjonisti Maltin tagħna, lill-kirurgu li ġie minn barra, u lil kull min ħadem u se jkompli jaħdem biex Ben jingħata l-aqwa kura possibbli.

Il-fażi ta’ wara l-operazzjoni tibqa’ kruċjali, u għalhekk nibqgħu viġilanti ħafna, bit-tim mediku jsegwi l-kundizzjoni tiegħu mill-qrib. Ħsibijietna huma ma’ Ben u l-familja tiegħu.  Flimkien mal-poplu Malti u Għawdxi, nittamaw li jkollu fejqan tajjeb. Kburi bis-servizz tas-saħħa Malti u bin-nies dedikati tagħna.”

Ritratt:

Yanika Rizzo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI